Simon Busuttil u sħabu huma frustrati għax iż-żjara tal-PANA Committee ma marritx kif xtaqu huma, minkejja l-isforzi kollha tagħhom.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-unika persuna li ser jispiċċa suġġett ta’ investigazzjoni tal-Europol huwa Beppe Fenech Adami. Minflok jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu Simon Busuttil qiegħed jinfexx f’battikekki pwerili dwar dati li ma jbiddlu xejn mill-eżitu tal-istorja.
Din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, li issa drajna, li jigdeb kemm jiflaħ biex jipproteġi lin-nies tal-qalba bħal Jason Azzopardi, Toni Bezzina u Beppe Fenech Adami.
Imma anki hawn Simon Busuttil, l-aktar politiku giddieb fl-istorja ta’ pajjiżna, qiegħed jerġa’ jigdeb. Il-Prim Ministru kien ċar li l-audits ma kienux kollha lesti u li kienu ser jkunu ippubblikati fil-ħin propizju. Fis-7 ta’ Ottubru l-audit ta Keith Schembri ma kienx għadu lest.
L-audits indipendenti, li kienu mħallsin mill-Ministru Mizzi u Keith Schembri personalment, filfatt ingħataw lill-PANA Committee u għaldaqstant ġew ippubblikati.