L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi appoġġjat bi sħiħ miżuri ġodda biex jissaħħaħ il-finanzjament għall-iskema tal-UE biex tipprovdi frott, ħxejjex u prodotti tal-ħalib fl-iskejjel.
“L-iskema skolastika l-ġdida hija essenzjali biex tippromwovi l-konsum ta’ ikel frisk u bnin ghat-tfal tagħna u tghin sabiex tikkontribwixxi għal drawwiet ghad- dieta futura tagħhom, dieti tajbin għas-saħħa” qalet l-MEP Mizzi.
Ir-regoli l-ġodda, ivvotati reċentement fill-Parlament Ewropew, se jtejbu l-iskemi li ġew introdotti xi żmien ilu bl-iskop li dawn ikunu aktar effiċjenti.
L-UE ser tipprovdi 250m mil-baġit tagħha kull sena skolastika għall-Istati Membri, li minnhom 150 miljun ser jigi kkunsmat għall-frott u l-ħxejjex filwaqt li 100m għall-ħalib fl-iskejjel.
Marlene Mizzi qalet: “Fl-UE,iktar minn 20 miljun tifel u tifla għandhom piż żejjed u sfortunatament il-konsum tal-frott, ħxejjex u ħalib nieżel madwar l-Ewropa kollha. Dieta tajba u bilanċjata hija l-pedament ta’ saħħa tajba, u ghalhekk li teduka lit-tfal dwar ‘healthy eating’ minn età bikrija fl-iskola hija ta’ importanza kbira. ”
L-iskemi l-ġodda ser japplikaw għat-tfal bejn sitta u għaxar snin u l-iskejjel tal-pre-school kif ukoll dawk sekondarji li wkoll se jkollhom l-opportunita li jipparteċipaw.
Iżda issa, ghal l-ewwel darba, ‘added sweeeteners’ u ‘artificial flavour enhancers’ ser ikunu pprojbiti mill-prodotti mqassma taħt dawn l-iskemi u ser ikunu permessi biss jekk ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa.