Stefan Montebello ta’ 31 sena baqa’ miżmum taħt arrest wara li matul il-jum tal-Ħadd tressaq il-Qorti akkużat b’diversi każijiet ta’ frodi, serq u misappropjazzjoni.
Montebello kien akkużat li fid-dsatax ta’ Lulju ta’ din is-sena ffroda iktar minn elfejn ewro, filwaqt li fis-16 t’ Awwissu appropja ruħu minn iktar minn elfejn ewro, li uża ismijiet foloz u kwalifiċi foloz, li seraq minn karozza Rover u li huwa reċidiv.
Minkejja li l-avukat Yana Micallef Stafrace talbet il-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġezzjonat minn din it-talba minħabba l-fatt li l-akkużat ġie wicc imbwiċċ max-xhieda li għadhom ma xehdux kif ukoll għax m’għandux indirizz fiss.
L-akkużat diġa tressaq quddiem il-qorti l-ġimgħa li għaddiet, meta ntbagħat fis-sezzjoni tal-forensika l-isptar Monte Carmelo peress li għandu l-vizzju tad-drogi.