Raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena xehed fil-Qorti kif ġie ffrodat seba’ mitt elf dollaru Amerikan mill-kont li kellu fih cryptocurrency.
Dylan Attard, il-vittma ta’ dan l-att qal kif hu iltaqa’ f’ristorant mal-akkużat, Luke Milton, biex jgħinu jagħmel investiment ta’ ħames t’elef ewro permezz ta’ blockchain.
Qal li hu tah il-mobile u wara ntebaħ li l-akkużat iffrodah.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat ħassar it-tranżazzjonijiet li saru.
L-akkużat Luke Milton ta’ ħamsa u għoxrin baqa’ jinżamm arrestat.