L-ewwel Grand Prix tal-Kampjonat Dinjija Voomquest Enemed UIM V2 2022 ikkonkluda b’suċċess il-Ħadd wara nofsinhar f’ġurnata mimlija emozzjonijiet.
It-tiġrija tal-Klassi Cyber, li fit-tielet u l-aħħar ġurnata ta’kompetizzjoni kienet tikkonsisti f’korsa itwal intrebħet minn Laia Zammit tat-tim El Diablo. Zammit ħadet t-tielet u l-aħħar bandiera taċ-Cyber Class għal tmiem il-ġimgħa. Il-bidu tat-tellieqa rat lil Bad Company ta’ Clive Butler jieħu l-vantaġġ iżda malajr inqabeż minn Zammit li żammet vantaġġ stabbli matul it-tellieqa kollha. Bit-tlielaq kompluti kienet Bad Company li ħadet ir-rebħa ġenerali fl-ewwel tiġrija tas-Cyber Class Series ta’ din is-sena, segwita minn The Element Racing Team (Celine Farrugia) u El Diablo (Laia Zammit).
Intant, ma kien hemm l-ebda dubju li t-tiġrija tal-V2 tal-lum kienet se tkun duell bejn Freccia Blu u El Diablo li t-tnejn kisbu rebħa kul wieħed fl-ewwel jumejn tal-GP. Bidu mill-qrib bejn it-tnejn malajr ra lil Freccia Blu jieħdu l-vantaġġ u jagħtu prestazzjoni bla difetti biex jiżguraw li kienu stabbilixxew distakk tajjeb quddiem El Diablo. Fi tmiem it-tellieqa ta’ tnax-il dawra Beppe Debono u Dustin Mifsud saqu lura lejn il-folla, li kienet qed tistennihom, kburin ixejjer il-bandiera. F’kumment wara t-tiġrija Debono esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-eżitu ta’ tmiem il-ġimgħa, partikolarment peress li qabel il-bidu ta’ tmiem il-ġimgħa ma kienx qed jistenna riżultat bħal dan.
“Ninsabu ferħanin li kkonkludejna tmiem il-ġimgħa daqshekk ta’ azzjoni ta’ Voomquest. Voomquest mhuwiex biss avveniment ta’ tlielaq, huwa esperjenza ta’ stil ta’ ħajja li qed titgawda minn ħafna dilettanti. Dan il-weekend kien l-eżempju perfett ta’ x’inhu Voomquest” stqarr b’entuzjazmu Aaron Ciantar, Fundatur tal-Voomquest. “Ma nistgħux nesprimu biżżejjed l-gratitudni lejn l-isponsors tagħna, l-awtoritajiet u ovvjament it-timijiet li taw kontribut lejn is-suċċess tal-ewwel GP.”
L-organizzaturi ta’ Voomquest żiedu wkoll li wara l-inċident tal-bieraħ li involva Team Cutting Edge u wara deċiżjoni mill-UIM, ġie deċiż b’mod unanimu li minħabba li 70% ta’ tat-tieni tellieqa kienet diġa koperta, il-punti ta’ pożizzjoni xorta ngħataw lil Team Cutting Edge.
It- trofej u medalji lir-rebbieħa ġew preżentati mill-Fundatur ta’ Voomquest Aaron Ciantar, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed Kevin Chircop, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Alfred Zammit, l-Uffiċjal tal-UIM Jerzy Wojewoda, Emilio Carabelli u Jean Marie Van Lanker. It-Trofew tar-Rebbieħa Overall għal tmiem il-ġimgħa ġie ppreżentat lil Freccia Blu minn Charlie Ciantar, il-kap tal-familja Ciantar, li ntlaqa’ fuq il-palk b’ċapċip qawwi.
Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv fid-dinja UIM u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Seaview Hotel, Chaudron Powerboats, Transport Malta, P&C Cauchi u Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. .
Aktar informazzjoni dwar Voomquest tinsab fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook https://www.facebook.com/VOOMQUEST
It-tieni Grand Prix se jsir bejn is-26 u d-29 ta’ Mejju, waqt il-Ġimgħa tat-Tlielaq tal-Yachting Malta. Id-dettalji se jiġu ppubblikati dalwaqt fuq il-Paġna ta’ Facebook Voomquest.