Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau f’laqgħa mal-President Franċiż Emmanuel Macron tkellem rigward il-kontroversja fuq kummenti li ntqalu reċentement dwar il-libertà tal-espressjoni.
Fil-messaġġ tiegħu Trudeau wera s-solidarjetà mal-poplu Franċiż dwar l-attakki terroristiċi li seħħew riċentament fi Franza.
Il-kummenti li għadda Trudeau l-ġimgħa li għaddiet qalgħu kritika ħarxa min-naħa taż-żewġ pajjiżi.
Filwaqt li l-kummenti ta’ Macron b’appoġġ lejn il-pubblikazzjoni tal-cartoons kienu l-bidu ta’ diversi protesti f’pajjiżi Musulmani tant li ċertu pajjiżi sejħu għal bojkott fuq prodotti Franċiżi.