Franza u l-Iran qablu biex ikomplu jiddiskutu l-kundizjonijiet biex isalvaw il-ftehim nuklerali li għandu Tehran ma’ wħud mill-aktar ekonomijii b’saħħithom fid-dinja.
Dan ikkonfermah il-President Franċiż Emmanuel Macron lill-midja, sejn spjega kif f’telefonata mal-President Iranjan Hassan Rouhani wera tħassib serju għall-fatt li dan il-ftehim mhux jiġi diskuss jew implimentat attwalment.
Huwa għalhekk li Rouhani qed jitlob lill-poteri Ewropej biex jintervjenu u jaraw li l-ftehim jibqa’ fis-seħħ. Dan l-istess pjan nukleari ilu f’periklu li jintilef madwar sena, wara li l-Amerika qalet li ma tridx tkun parti minnu.