Franza poġġiet lil Malta fil-lista l-ħadra għall-ivvjaġġar sigur.
Dan żvelah il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’kummenti li ta lill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Franza hija meqjusa bħala suq importanti għat-turiżmu f’Malta.
Fil-fatt Franza hija meqjusa bħala wieħed mill-aqwa erba’ pajjiżi għas-suq turistiku ta’ pajjiżna.
Fil-jiem li għaddew ukoll, Spanja poġġiet lil Malta fil-lista l-ħadra.