Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin talbet investigazzjoni trasparenti dwar il-qtil tal-ġurnalist Franċiż fl-Ukrajna, Frédéric Leclerc-Imhoff.
Il-ġurnalist li kien jaħdem mal-istazzjon BFM TV, kellu tnejn u tletin sena u kien qiegħed l-Ukrajna jirraporta evakwazzjoni qrib il-belt ta’ Severodontsk.
Il-gvern Franċiż permezz tal-Ministru Colonna, li kienet l-Ukrajna t-Tnejn stess stqarret fi stqarrija kif din l-aħbar kienet waħda xokkanti.
Madanakollu, hija talblet li ssir investigazzjoni mill-aktar fis bil-għan li jintefa’ dawl fuq din it-traġedja.
Il-President Franċiż Emanuel Macron esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittma permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali.