Logħba ta’ taqtigħ il-qalb hekk kif Franza ġiet iddikjarata bħala r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja.
Dan wara li llum saret il-finali bejn Franza u Kroazja bl-iskor finali jkun ta’ 4-2 f’Moska.
Mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja t-tim Franċiż dejjem kien fost il-favoriti flimkien mal-Brażil u l-Ġermanja iżda logħba wara oħra Franza kompliet titla’ ‘l fuq filwaqt li l-Kroazja ftit li xejn kien hemm min taha li se tkun qed tasal sal-finali, u wisq anqas li tieħu t-Tazza tad-Dinja.
Iżda wara l-logħba tal-lum it-tim tal-Kroazja ssorprenda lil bosta b’goals mill-isbaħ meta wieħed iqis li ftit kienu dawk li emmnu fihom fil-bidu.