Franza permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, qiegħda tinkoraġixxi lill-ambaxxatur Iranjan biex jipprova jikkonvinċi lill-Tehran ikompli josserva l-ftehim nukleari. Filwaqt li tagħmel li tista’ biex tevita li t-tensjoni li hemm fil-Golf ikomplu jeskalaw.
Il-President Franċiż, qed jipprova jara li jintlaħaq ftehim bejn Tehran u Washington, bil-għan li tonqos xi ftit it-tensjoni fir-reġjun.