Franza ħabbret miżuri aktar restrittivi fid-dawl tat-tħassib li hemm dwar il-varjant Omicron.
Mit-3 ta’ Jannar li ġej, dawk li jistgħu jaħdmu mid-dar ser jagħmlu dan b’mod mandatorju filwaqt li attivitajiet pubbliċi fil-magħluq għandhom limitu ta’ elfejn persuna.
Din l-aħbar waslet wara li Franza rreġistrat rekord ta’ mitt elf infezzjoni f’ġurnata li huwa l-aktar numru ogħli rreġistrat f’dan il-pajjiż mill-bidu tal-pandemija.
Minkejja dan, il-Prim Ministru Franċiż ma ntroduċa l-ebda miżura marbuta ma’ ħinijiet għal lejlet l-Ewwel tas-Sena.
Huma bosta l-pajjiżi Ewropej li ddeċidew li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda hekk kif l-ammont ta’ infezzjonijiet qed jiżdied filwaqt li l-varjant Omicron qed ikompli jinxtered mal-kontinent.