Franza imponiet lockdown fi tliet reġjuni oħra fi Franza inkluż il-belt ta’ Lyon.
Dan ifisser li diversi negozji f’Rhone, Auge u Nievre ser jingħalqu filwaqt li r-residenti ma jistgħux joħorġu minn djarhom ħlief għal qadi tad-dar.
Dawk li jinsabu fir-reġjun ta’ Pariġi diġà kienu fit-tielet lockdown tagħhom filwaqt li l-kumplament tal-pajjiż in-nies jistgħu joħorġu sas-sebgħa ta’ filgħaxija biss.
Dawn ir-restrizzjonijiet mistennija jibqgħu fis-seħħ minn tal-inqas għal erba’ ġimgħat sħaħ.