Moskea fit-Tramuntana ta’ Franza kellha tagħlaq il-bibien tagħha minħabba l-priedki radikali li kien qed jagħmel l-Imam fejn saħansitra ntqal li kien qed jiddefendi l-Ġiħad.
Huwa mifhum li matul il-priedki, ġellieda Ġiħadisti ġew deskritti bħala eroj filwaqt li inċita l-mibgħeda u l-vjolenza.
Awtoritajiet lokali qalu li l-moskea ser tkun magħluqa għal sitt xhur sħaħ.
Franza bħalissa għaddejja b’rondi f’postijiet sagri Iżlamiċi li hemm suspett li għandhom xi rabtiet mal-estremiżmu.
Ġimagħtejn ilu biss, il-Ministru għall-Intern Franċiż qal li kien se jibda proċess biex tingħalaq din il-Moskea hekk kif l-Imam kellu fil-mira tiegħu lill-Kristjani, persuni omosesswali u l-Lhud matul il-priedki tiegħu.