Il-Gvern Franċiż mistenni jissospendi ż-żieda fit-taxxa tal-fjuwil, li fl-aħħar ġimgħat wasslet għal protesti vjolenti.
Jidher li l-Prim Ministru Franċiż, Edouard Philippe, wasal għal kompromess mal-poplu Franċiż wara li l-protesti b’ilbies protettiv wasslu għall-mewt ta’ tliet ċittadini.
Il-protesti, li saru f’ibliet ewlenin fil-pajjiż, wasslu wkoll għal ħsara konsidereboli, fosthom fuq l-Arc de Triomphe f’Pariġi.
Esperti qed isostnu li l-pubblikazzjoni ta’ ritratti u filmati ta’ dawn il-protesti fuq il-midja soċjali m’għenx biex il-protesti jkunu mrażżna.