Franza se tkun qed tipprojbixxi l-bejgħ ta’ karozzi li jużaw il-petrol jew id-diesel bħala fjuwil sas-sena 2040, fejn skont l-Ministru tal-ekoloġija hi deċiżjoni “revoluzzjonali.”
Nicolas Hulot ħabbar il-ħsieb ta’ din il-projbizzjoni bħala parti mill-impenn mill-ftehim li sar dwar il-klima.
Hu sostna li Franza qed tippjana li ssir newtrali mill-karbonju sal-2050.
3.5% tal-karozzi fis-suq Franċiż huma hyprid, fejn il-persentaġġ ta’ karozzi li jaħdmu biss bl-elettriku huwa ta’ 1.2%/
Għadu mhux ċar x’se jkun qed isir mill-vetturi li jagħmlu użu mill-fjuwil li se jkunu qed jintużaw sal-2040.