Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika. Dan wara li nhar il-Ħadd li għadda, Luigi di Maio talab lill-Unjoni Ewropea biex timponi sanzjonijiet fuq Franza minħabba l-politika tagħhom fl-Afrika.
Skontu, Franza qatt ma waqfet tikkolonizza għexieren ta’ stati Afrikani u għalhekk qal li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kawża ta’ dan.
Mitlub jikkummenta dwar dan il-każ, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi Pierre Moscovici, sostna li r-relazzjoni bejn Franza u l-Italja hija importanti u awgura li jintemm dan il-kunflitt li qal li hu negattiv u ma jagħmilx sens.