Il-President Franċiż ħatar lil Jean Castex bħala l-Prim Minsitru l-ġdid għall-Franza hekk kif Édouard Philippe, offra r-riżenja tiegħu wara li ilu jokkupa l-kariga għal tliet snin aktar kmieni llum. Il-President Emmanuel Macron jaċċetta r-riżenja tal-Prim Ministru.
Philippe rriżenja wara li l-Partit tiegħu, ir-République En Marche, kiseb riżultati ħżiena fl-elezzjoni lokali li sar fi tmiem il-ġimgħa li għadda, anke minkejja li hu jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-poplu Franċiż.
Hija prattika komuni fi Franza illi l-Prim Ministru jintgħażel mill-President, u għalhekk Macron se jkun qed jaħtar Prim Ministru ieħor fil-ħin li ġej. Intant, Philippe, jista’ jkun li jibqa’ fil-kabinett.