Fl-Al Thumama Stadium, Franza għelbu lill-Polonja bl-iskor ta’ 3-1 u għaddew għall-kwarti tal-finali.
Oliver Giroud fetaħ l-iskor fl-44 minuta.
Fl-74 minuta, kontrattakk Franċiż b’Ousmane Dembele lejn Kylian Mbappe u dan tal-aħħar jagħmilhom 2-0.
Lejn l-aħħar ħinijiet, iż-żewġ timijiet bdew ikunu qrib xulxin, iżda l-Franċiżi kienu aktar offensivi u skuraw it-tielet gowl tagħhom. Fil-91 minuta, Marcus Thuram lejn Mbappe u dan tal-aħħar jagħmel doppjetta personali.
Fis-96 minuta, azzjoni dubbjuża ta’ penalty, bir-referi jikkonsulta l-VAR u jingħata l-penalty għall-Polonja. Robert Lewandowski ta l-penalty li ġie milqugħ minn Hugo Lions, iżda mill-VAR, ir-referi talab li l-penalty jerġa’ jingħata. Din id-darba, mill-11-il metru l-istess Lewandowski ma falliex.
Illejla fl-Al Bayt Stadium, ikollna l-Ingilterra kontra s-Senegal.
Ritratt: Getty Images.