Il-konsulent mediku ewlieni fi Franza qal li l-pajjiż jaf ikollu bżonn imur għat-tielet lockdown nazzjonali biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Coronavirus.
Qal ukoll li s-sitwazzjoni fil-pajjiż bħalissa hija waħda ta’ emerġenza, u li dan hu żmien kritiku.
Jidher ukoll li fi Franza bħalissa, il-varjant tar-Renju Unit se jkun aktar diffiċli biex jiġi kkontrollat, tant li ġew deskritti bħala t-tieni pandemija.
Ritratt: Reuters