Fi Franza, fl-ewwel jum ta’ Mejju komplew protesti kbar minħabba r-riforma fil-pensjonijiet.
F’dan il-jum ta’ protesti ġew arrestati kważi 300 persuna, b’90 minnhom ġew arrestati f’Pariġi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li aktar minn 100 uffiċjal tal-Pulizija weġgħu kawża ta’ dawn il-protesti.
F’dawn il-protesti, il-Pulizija Franċiża kellha tuża l-gass tad-dmugħ u l-kanuni tal-ilma.
Fost l-ibliet li fihom kien hemm il-protesti kienu l-kapitali Pariġi, Nantes, Lyon u Rennes.