Franza tinsab bl-ogħla livell ta’ allert wara attakk terroristiku li seħħ qrib suq tal-Milied viċin il-pjazza ċentrali Place Kleber. Konsegwentament tlett persuni tilfu ħajjiethom mentri l-feruti telgħu għal tlettax.
Aktar minn tliet mija u ħamsin uffiċjali tas-sigurtà jinsabu fi tfittxija għal Cherif Chekatt ta’ 29 sena minn Franza u li jidher li huwa estremist.
Chekatt fetaħ in-nar qrib suq tal-Milied li jinsab qrib il-pjazza ċentrali Place Kleber- lhiema aggressjoni damet għaddejja għal għaxar minuti.