Il-Parlament Franċiż approva liġi li permezz tagħha biex tidħol f’postijiet ta’ divertiment trid turi ċ-ċertifikat tal-vaċċin validu.
Dan il-vot se jwassal biex dawk li għandhom ‘il fuq minn 12-il sena jridu juru ċertifikat tal-vaċċin, li jfisser li huma mlaqqma, biex jidħlu f’postijiet pubbliċi u anke fuq it-trasport pubbliku.
B’dan il-vot li għadda ftit qabel il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu mill-Parlament Franċiż, se jwassal biex it-testijiet negattivi mhux se jkunu validi.
Din il-liġi se tmur quddiem is-Senat Franċiż u l-Gvern Franċiż irid li din il-liġi tidħol fis-seħħ sa nofs dan ix-xahar.
Din il-liġi għaddiet, jiem wara li l-President Franċiż Emmanuel Macron wissa li se jagħmel il-ħajja diffiċli għal dawk il-Franċiżi li mhumiex imlaqqma kontra l-Covid-19.