Musulmani madwar Franza attendew quddiesa Kattolika bħala ġest ta’ solidarjetà – dan wara l-qtil ta’ saċerdot li seħħ nhar it-Tlieta.
Fr.Jacques Hamel inqatel fil-knisja li kien iqaddes fiha f’Saint Étienne -du- Rouvray, qrib Rouen, minn żewġ irġiel li kienu segwaċi tal-grupp ISIS.
Il-Kunsill Musulman ta’ Franza, CFCM, ħeġġeġ lill-Musulmani kollha biex juru solidarjetà u kompassjoni wara dan il-qtil makabru.
L-Arċisqof ta’ Rouen, Dominique Lebrun, qal li dan huwa ġest importanti ta’ fraternità.