Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli, iddikjara li qed jiddispjaċih li kkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Portelli qed ikun attakkat bla ħniena minn-nies qrib il-Kap caretaker Simon Busuttil b’mod partikolari wara li ddikjara li Busuttil kellu jwarrab u ma jibqax fit-tmexxija.
Fost dawk li fetħu attakk kontra Portelli u l-familja tiegħu hemm Daphne Caruana Galizia u Portelli kiteb fuq facebook:
“Inħossni responsabbli tal-weġgħat li sofrew il-familja b’attakki inġusti minħabba fija. Jiddispjaċini li ħriġt għall-kariga.”
In-nies għamlulu like u Frank Portelli tella’ filmat dwar kif Caruana Galizia kienet kaġun tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista għal iktar minn darba. Iżda, Simon Busuttil injorah.