L-attakki ħarxa baqgħu jippersistu mill-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif tard illejla l-Partit Nazzjonalista ħareġ għal darb’oħra jikkundanna lill-kandidat għall-Kap tal-Partit Frank Portelli wara li sostna li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid hija mbaghbsa.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-kandidat għall-Kap Nazzjonalista Frank Portelli ilmenta li l-kummissjoni elettorali mhux se tħalli lill-kandidati ikollhom it-timbru tagħhom fuq il-polza tal-vot tal-kunsilliera.
B’reazzjoni l-Kummissjoni Elettorali għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet imġiegħla ticħad din l-ahhar akkuza serja ta’ Portelli.