Ir-reġina għandha disgħin sena u tmexxi r-Renju Unit b’serenità. Kien dan wieħed mill-ewwel argumenti li għamel Frank Portelli li issa hu wieħed mill-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Portelli tefa’ l-kandidatura b’sorpriża fl-aħħar ġurnata li kienu miftuħa n-nomini u f’wieħed mill-argumenti tiegħu fuq facebook wieġeb għall-kritika li żmienu seta’ għadda billi qal li r-Reġina tar-Renju Unit għandha età iktar minnu.
Għax fuq kollox, qal Frank Portelli, il-pajjiż jaf għandu bżonn “father figure.”
Sa issa Portelli għadu ma spjegax fid-dettall għaliex se jikkontesta għalkemm għamilha ċara li Edwin Vassallo, li mar kontra l-whip tal-partit, m’għandux ikun dixxiplinat.