Il-kandidat għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli, qal li l-klikka warrbet lil Chris Said wara d-dibattitu bejn l-erba’ kandidati għat-tmexxija l-ġimgħa li għaddiet.
Dibattitu li sar fuq Net Television. F’messaġġ fuq facebook b’ħolqa ta’ artiklu dwar id-dibattitu Frank Portelli kiteb “The Debate that made the Klikka drop Chris.”
Minkejja din id-dikjarazzjoni ta’ Portelli hemm min isostni li parti sew mill-klikka minn dejjem kienet ma’ Alex Perici Calascione li lbieraħ kellu endorsement mis-Sunday Times of Malta fejn kien deskritt mill-editur bħala l-kandidat li jista’ jqum għall-okkażjoni.
Li Chris Said mar ħażin fid-dibattitu qaluh ħafna, u l-istess intqal dwar Adrian Delia. Fil-fatt il-kummenti ġenerali kienu dwar kemm kien dibattitu fjakk bil-kandidati ftit li xejn jispraw.