Francois Fillon se jkun il-kandidat konservattiv fl-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-diehla fi Franza. Dan wara li r-rivali tieghu Alain Juppe ametta telfa. Bir-rizultati kollha maghduda, Fillon rebah t-tellieqa tal-Hadd bi kwazi 67% tal-voti.
Huwa wiegħed li jibni soċjetà aktar ġusta u qal li Franza trid il-verità u l-azzjoni. Fillon mistenni jaffaċċja kandidat soċjalista u lill-mexxejja tal-lemin estrem, Marine Le Pen fl-elezzjoni ta’ April li ġej.