Waqt li kien Malta, ix-xewqa tal-President ta’ Franza, François Hollande, kienet dik li jżur il-post fejn Napuljun kien qatta’ sitt ijiem fih meta żar lil Malta f’Ġunju tal-1798.
Dan sostnieh il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella, waqt programm speċjali fuq ONE dwar il-Malta Summit.
Il-Ministru Vella qal kif din it-talba ġiet bħala sorpriża hekk kif ma bdewx jistennew din l-okkażżjoni. Hu spjega kif dan il-ftehim sar b’telefonata, u tant ħassuhom kunfidenti mis-sigurtà f’pajjiżna li mxew fit-toroq tal-Belt Valletta lejn il-Ministeru tal-Affarijeit Barranin u wara, Hollande, mar jieħu kafè.
Il-Ministru Vella sostna li dan kien possibbli mhux biss għax it-temp kien wieħed sabiħ iżda għax din hi l-atmosfera li toħloq Malta.