L-eks deputat tal-Partit Nazzjonalista, Franco Debono, għamel sfida lil Adrian Delia għal dibattitu.
“Mhux kulħadd imbeċilli u mazzun,” qal Delia fuq Facebook filwaqt li għamel il-kummenti tiegħu.
“Wieħed mill-kandidati mal-ewwel intervista, forsi għax jara 50 ruħ jeċitaw ruħhom jew biex jintgħoġob ma’ Daphne, żeffinni fl-ewwel intervista tiegħu,” qal Debono li tenna li din hi raġuni oħra għaliex qed jikkummenta.
Franco Debono qal li Adrian Delia qatt ma ddibattita ma’ avversarju politiku anke jekk irid isir kap tal-partit.
“Ħafna qabel ma’ Delia dehrlu l-anġlu, jien fil-PN, bħala deputat tkellimt dwar il-problemi li kien hemm,” qal Debono li tenna li t-taraġ telgħu tarġa tarġa.