Franċiż ta’ 24 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li ta daqqa ta’ ponn kif ukoll bi flixkun tal-ħġieġ lil Anthony Mercieca, li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu, fi Triq Santa Rita f’ Paceville. L-imputat, li dak il-ħin kien taħt l-influwenza tax-xorb, mistenni jidher quddiem il-Magistrat Claire Stafrace Zammit.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Matthew Spagnol filwaqt li għal Anthony Zammit qed jidher Dr Arthur Azzopardi bħala parte civile.