Raġel ta’ nazzjonalità Franċiża ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu kisser ħġieġa ta’ bieb meta kien fis-sakra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:15 ta’ dalgħodu fi triq Dun Karm Psaila f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neżessarja.