Franċiż ta’ 27 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn fuq jetski f’Għawdex.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar f’Ħondoq ir-Rummien, il-Qala, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li żewġ Franċiżi, ġuvni ta’ 27 u tfajla ta’ 25 sena kienu waqgħu minn fuq jetski.
Huma ngħataw l-assistenza minn persuna li kien b’dinghy fil-viċinanzi u ġiet imsejjħa l-assistenza medika minħabba li l-ġuvni kien mitluf minn sensih.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Sfortunatament ftit tal-ħin wara ġie iċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.