Franċiż ta’ 29 sena li joqgħod ir-Rabat weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qrendi.
L-inċident seħħ għal xi s-sitta u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Ħaġar Qim.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 24 sena mill-Qrendi, u mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.