Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-7:50 fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ prelimari irriżulta li Franċiż ta’ 49 sena, residenti San Pawl il-Baħar, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu tat-tip Symphony u waqa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.