Ir-reazzjoni u l-kummenti ta’ Loris Monteux jgħidu kollox. Il-vjaġġatur Franċiż, Loris Monteux, magħruf għall-filmati li jagħmel minn madwar id-dinja jidher li impressjona ruħu bl-ikel tal-gżira Għawdxija. F’filmat mill-isbaħ li juri xena differenti tal-Gżira Għawdxija l-vjaġġatur jidher iduq, isajjar u jżur postijiet li fihom jiġi magħmul prodott Għawdxi.
Għalhekk għal darb’oħra l-ikel tipiku Għawdxi ħalla lil dawk li jduquh bla kliem u impressjonati bit-toma bnina ta’ prodott ġenwin. Ma kienx biss l-ikel li impressjonah iżda anke l-inbid u l-birra Maltija.