Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq u li saq mingħajr polza tal-assigurazzjoni.
Il-Franċiż ta’ tletin sena, bl-isem ta’ Salah M’Raoui u li jaħdem bħala barman f’Pariġi kien akkużat li seraq Ingliż.
Il-pulizija oġġezzjonat għal ħelsien mill-arrest għax fi żmien li l-pulizija ħelsitu fuq dak magħruf bħala ‘police bail’, hu biddel l-indirizz mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet.
F’ġimgħa din għamilha tliet darbiet filwaqt li meta arrestat il-Franċiż ma ġabx ruħu sew.
Il-Franċiż beda jgħid fil-qorti li l-prosekuzzjoni qed tigdeb, iżda l-Maġistrat xorta waħda għażel li jżommu f’waħda miċ-ċelel tal-ħabs ta’ Kordin sakemm il-każ jissokta.