Francis Zammit Dimech inħatar Segretarju Ġenerali interim tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżenja ta’ Clyde Puli minn din il-kariga.
Zammit Dimech li daħal fil-Parlament fit-tmeninijiet mistenni jibqa’ Segretarju Ġenerali sakemm issir ir-riforma ta’ Louis Galea.
Francis Zammit Dimech inħatar Segretarju Ġenerali waqt laqgħa tal-Eżekuttiv li tlaqqa’ b’urġenza wara talba minn Louis Galea.
Zammit Dimech kien ilu jipponta li jidħol fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali u saħansitra l-eks kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli kien ħareġ kontra l-eks Ministru Nazzjonalista meta dan wera l-intenzjonijiet tiegħu li jeqlibha lil Puli.
Intant barra l-laqgħa li fiha nħatar Zammit Dimech, l-atmosfera fl-istamperija f’Tal-Pietà kienet waħda tqila u mimlija tensjoni. Għal Zammit Dimech kien hemm 54 vot favur, 6 voti kontra u 11-il estensjoni.
Francis Zammit Dimech daħal fil-kariga jiem wara li fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Clyde Puli tkellem dwar għadd ta’ manuvri li saru minn deputati u ċirku ta’ nies li baqgħu qatt ma aċċettaw lil Adrian Delia fit-tmun ta’ partit.
Puli kien semma leakages selettivi u malinni.
Huwa kien fetħilha wkoll fuq it-tmexxija passata ta’ Simon Busuttil u Lawrence Gonzi u żvela li dawn ħallew warajhom miljun kbar ta’ djun u magħhom mijiet ta’ eluf ta’ mgħaxijiet fis-sena.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/07/clyde-puli-jirrizenja-minn-segretarju-generali-tal-partit-nazzjonalista/