L-eks plejer Taljan Franceso Totti se jieħu sehem f’sitcom flimkien mal-mara tiegħu Ilary Blasi.
Il-kopja żżewġu fl-2005 għandhom tliet ulied: Cristian, Chanel u Isabel.
S’issa għadu nħadem biss id-demo, li ġie ppreżentat lill-kumpanija Mediaset, fejn mart l-eks plejer ta’ Roma għadha kuntratt bħala preżentatriċi. Jekk jiġi aċċetatt mill-kumpanija, dan il-proġett mhuwiex se jibda jintwera qabel is-sena d-dieħla.
Qed jingħad li hemm ċans kbir biex f’kull episodju jieħdu sehem mistiedna speċjali barra l-kopja. Fost dawk li qed jissemmew bħala mistiedna speċjali hemm il-kantanta Taljana Emma Marrone u Teo Mammucari.
Ilary Blasi, fl-iskeda l-ġdida se tkun qed tippreżenta l-programm Euro Games flimkien ma’ Alvin. Iżda mhijiex se tkun qed tippreżenta edizzjoni oħra ta’ Grande Fratello VIP.