Is-sewwieq taljan ta’ Ducati Francesco Bagnaia rebaħ il-Kampjonat Moto GP għat-tieni sena infila. Bagnaia għamel dan waqt l-aħħar GP tal-istagun dak ta’ Valencia li sar il-Ħadd wara nofs-in nhar.
Fil-GP tal-lum spikka inċident għal Jorge Martin mas-sitt dawra li waslet biex dan ikollu jirtitara. Dan wassal għaċ-ċertezza li Bagnaia kien se jirbaħ it-titlu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bagnaia rebaħ il-GP tal-lum biex b’hekk temm fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali.