Franza qed tipprepara lilha nnifisha għal iżjed protesti matul il-ġurnata tal-lum, b’madwar 90 uffiċjal tas-sigurtà fit-toroq Franċiżi.Madwar tmint elef uffiċjal u tnax-il vettura armata se jkunu stazzjonati fil-kapitali Franċiża, Pariġi, fejn ħwienet ġew imbarrati u siti bħat-torri Eiffel ingħalqu, minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà.
Il-protesti fi Franza bdew tliet ġimgħat ilu minħabba żieda ta’ taxxa fuq il-fjuwil, u spiċċaw fi protesti vjolenti, fejn mijiet ġew arrestati, u għexieren indarbu.