L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Martin Micallef bħala l‑Vigarju Episkopali l‑ġdid għad‑Djakonija sabiex jassisti lill‑Arċisqof fil‑ħidma tal‑qadi tal‑Knisja favur il‑bniedem fil‑bżonn.
Hu se jkompli jokkupa l‑kariga ta’ Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.
L‑Arċisqof irringrazzja lil Mons. Charles Cordina għall‑ħidma twila tiegħu.
Dun Martin Micallef twieled fl‑10 ta’ Novembru 1967 u fl‑2008 Dun Martin Micallef inħatar bħala d‑Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.
Huwa wkoll membru fil‑kunsill tal‑Kummissjoni għad‑Drittijiet tal‑Persuni b’Diżabilità fejn jirrappreżenta s‑settur tas‑servizzi residenzjali għall‑persuni b’diżabilità.