Mara u raġel jinsabu f’qagħda kritika wara li nstabu mitlufin minn sensihom.
Dan wara li qed ikun irrapurtat li l-koppja setgħet kienet esposta għal xi sustanza.
Il-każ seħħ f’Amesbury li tinsab mal-għaxar mili ‘l bogħod minn Salibury, l-istess post li tliet xhur ilu, instabu vvalenati l-eks spija Russu Sergei Skripal u bintu.