Għall-ħabta tal-ħdax neqsin għoxrin seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Inbid, Ħ’Attard.
Raġel kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem. Jidher li meta waqa’, r-raġel ġie fuq xibka tal-ħadid u sofra diversi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda kritika.
Għalkemm ir-raġel huwa x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija, l-identita` tiegħu għadha ma ġietx stabbilita.