Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Berġa ta’ Kastilja ħabbar li minn nhar il-ġimgħa li ġej f’postijiet pubbliċi se jitħallew gruppi ta’ sitt persuni minflok ta’ erbgħa.
Dawn il-miżuri qed jittieħdu fid-dawl li Malta daħlet f’realtà oħra f’din il-pandemija tal-Coronavirus.
Il-persuni li kienu qed jinqabdu f’ġemgħat ta’ aktar minn erbgħa kienu qed jeħlu multa ta’ €100.
Din hija fost il-ħafna rilaxxar ta’ miżuri li ttieħdu it-Tnejn filgħaxija.