Fil-kapitali Franċiza, Pariġi, eluf ta’ demostranti ħarġu jipprotestaw kontra ż-żieda qawwija fil-voti li kellu l-partit tal-lemin estrem f’i Franza f’dan il-pajjiż.
Dan hekk kif il-partit ta’ Marine Le Pen ġab l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet li saru l-Ħadd li għadda.
Nies li kienu preżenti għal din il-protesta qalu li jekk il-Ħadd, il-partit tal-lemin estrem jirbaħ it-tieni u l-aħħar rawnd tal-elezzjonijiet fi Franza, se jkun hemm futur inċert fuq bosta affarijiet.