Allegat membru tal-grupp involut fil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi, ġie arrestat f’ajruport f’Pariġi.
Khalid Alotaibi, ta’ tlieta u tletin sena, ġie arrestat mill-pulizija Franċiża, hekk kif kien se jaqbad titjira lejn Riyadh, fl-Arabja Sawdija.
Alotaibi kien suġġett għal mandat t’arrest internazzjonali li nħareġ mit-Turkija permezz tal-Interpol.
Khashoggi nqatel fl-elfejn u tmintax fl-ambaxxata tal-Arabja Sawdija f’Istanbul.
Il-katavru baqa’ qatt ma nstab.
Fl-elfejn u dsatax, l-Arabja Sawdija ikkundanat ħames persuni għal mewt u tliet persuni l-ħabs minħabba l-qtil ta’ Khashoggi.