Komplew il-protesti madwar id-dinja kontra l-awtoritajiet tas-saħħa minħabba d-diversi resitrizzjonijiet li qed jieħdu biex jikkontrollaw l-imxija tal-Coronavirus. Din id-darba fi Franza ħarġu madwar 160,000 persuna fit-toroq ewlenin tal-pajjiż.
F’Pariġi għexieren ta’ Pulizija kellhom jisparaw gass tad-dmugħ sabiex iferxu lill-folla enormi li nġabret għal dawn il-protesti, filwaqt li ġie rrappurtat li saru bosta arresti.