Biex il-Partit Nazzjonalista jgħid li Egrant mhux ta’ Brian Tonna uża intervista li kien ta lil Maltatoday is-sena li għaddiet.
Skont huma f’dik l-intervista kkontradixxa dak li qal illum meta qal li s-sid ta’ Egrant hija Nexia BT. Il-Partit Nazzjonalista jinsab f’paniku għax infaqgħet bużżieqa li ilu jibni żmien u fi stqarrija mill-uffiċċju tal-informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista taw link ta’ intervista li kienet saret ma Brian Tonna.
F’dik l-intervista Tonna kien qal li Nexia BT jakkwista kumpaniji bil-quddiem biex klijenti li jitolbu s-servizz tagħhom ikunu jistgħu jaqduhom malajr. Filwaqt li nnota li huma marbutin bis-segretezza kien għamilha ċara dakinhar stess li Egrant kienet kumpanija fuq l-ixkaffa li ma marret għand ħadd. Saħansitra t-titlu tal-istorja stess jgħidha.
Li għamel differenti din id-darba Tonna hu li lill-maltatoday provdilhom prova ċara oħra li hi tiegħu bil-miktub u fil-messaġġ kien ċar iktar minn qatt qabel.
Ir-ritratt ta’ fuq u ta’ isfel huma dikjarazzjoni ta’ sena ilu u llum – Jgħidu l-istess ħaġa
Intant, il-Partit Laburista fi stqarrija spjega li Simon Busuttil dalgħodu reġa’ gideb fuq Egrant. Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil meta jintalab iġib il-provi se jerġa’ jgħid “ma niftakarx x’għedt” bħal m’għamel fil-qorti din il-ġimgħa.
“Jekk l-e-mail li ġiet ippubblikata sena ilu hija xi forma ta’ prova, allura mhux ta’ b’xejn jibża’ jixhed” – Partit Laburista